16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/45
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-28/16)
(2016/C 296/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma timplementax, f’terminu raġonevoli, il-miżuri għall-eżekuzzjoni tas-sentenza fil-Kawża F-96/13 u annullament tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2015, li, billi tittrasferixxi lir-rikorrent, b’effett retroattiv, mid-delegazzjoni tax-Xatt tal-Punent u tal-Istrixxa ta’ Gaza fil-lvant ta’ Ġerusalem lejn id-DĠ Mobilità u Trasport, direttorat Riżorsi Komuni MOVE/ENER fi Brussell, tikkostitwixxi deċiżjoni konfermattiva ta’ rifjut ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza msemmija.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma timplementax il-miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza fil-Kawża F-96/13 kif ukoll id-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2015 li r-rikorrent jiġi ttrasferit, fl-interess tas-servizz, mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea tax-Xatt tal-Punent u tal-Istrixxa ta’ Gaza (lvant ta’ Ġerusalem) lejn id-Direttorat Ġenerali Mobilità u Trasport (MOVE) fi Brussell b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2013, deċiżjoni purament konfermattiva u diġà eżegwita iktar minn 3 snin ilu;
—
tikkundanna lil Il-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy