12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/53
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2016 – ZZ et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-29/16)
(2016/C 335/69)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: C. Cortese, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni ta’ żamma mill-pensjoni, adottata mill-Kummisjoni skont l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ EUR 22 368,13 li għandhom jinqatgħu mill-pensjoni tas-superstiti mogħtija lir-rikorrent kif ukoll mill-pensjoni tal-orfni mogħtja lit-tliet uliedu.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju ta’ amministrazzjoni u ta’ likwidazzjoni tad-drittijiet individwali (PMO.4), tas-17 ta’ Awwissu 2015, li għandha bħala għan l-irkupru ta’ somom imħallsa indebitament fir-rigward tal-pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni, b’rabta mad-drittijiet ta’ ZZ u taż-żewġ uliedu bniet minuri u, sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment.
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju ta’ amministrazzjoni u ta’ likwidazzjoni tad-drittijiet individwali (PMO.4), tas-17 ta’ Awwissu 2015, li għandha bħala għan l-irkupru ta’ somom imħallsa indebitament fir-rigward tal-pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni, b’rabta mad-drittijiet ta’ X, u, sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment.
—
jikkundanna lill-Kummmissjoni għall-kumpens tad-dannu morali u materjali sostnut mir-rikorrenti minħabba l-ksur tad-dritt tagħhom għal amministrazzjoni tajba kif ukoll tad-dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni fir-rigward tagħhom, li jammonta għal, rispettivament:
—
id-differenza bejn ir-remunerazzjoni riċevuta minn ZZ bħala membru tal-persunal tamporanju tal-EFSA fil-grad AD 9 u r-remunerazzjoni li huwa jkun jirċievi bħala uffiċjal tal-Kummissjoni fil-grad AD12, għal perijodu ta’ sena;
—
l-ammont tal-irkupru mitlub mingħand ir-rikorrenti fid-deċiżjoni kkontestata, miżjud bid-differenza ta’ bejn l-ammont tal-pensjonijiet stabbilit fl-avviż ta’ modifika Nru 2 u l-ammont stabbilit fl-avviż ta’ modifika Nru 3, sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-avviż Nru 3, sal-mument ta’ fejn il-familja tkun f’pożizzjoni li terġa’ tidħol fil-post ta’ residenza preċedenti tagħha, terminu li jista’ b’mod ġust jiġi stmat għal sena sa mir-riżoluzzjoni ta’ din il-kawża.
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy