16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/46
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2016 – ZZ et vs BEI
(Kawża F-30/16)
(2016/C 296/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: L.-Y. Levi)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu fir-rendikonti tar-remunerazzjoni tax-xahar ta’ April 2016, li jiffissaw l-aġġustament annwali tas-salarji limitat għal 0,6 % għas-sena 2016 u l-annullament tar-rendikonti sussegwenti kif ukoll, sa fejn ikun hemm bżonn, in-nota ta’ informazzjoni li l-konvenut bagħat lir-rikorrenti fit-8 ta’ Marzu 2016, u l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas tad-danni għad-danni materjali u morali allegatament sostnuti.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni li tinsab fir-rendikonti tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti tax-xahar ta’ April 2016, deċiżjoni li tiffissa l-aġġustament annwali tas-salarju bażiku limitat għal 0,6 % għas-sena 2016, u, għaldaqstant, l-annullament tad-deċiżjonijiet simili li jinsabu fir-rendikonti tar-remunerazzjoni sussegwenti u, sa fejn ikun hemm bżonn, l-annullament tan-nota ta’ informazzjoni li l-konvenut bagħat lir-rikorrenti fit-8 ta’ Marzu 2016;
—
jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas, bħala kumpens għad-dannu materjali (i) tal-bilanċ tas-salarju li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għall-2016, jiġifieri żieda ta’ 2,3 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016; (ii) tal-bilanċ tas-salarju li jikkorrispondi għall-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-aġġustament annwali ta’ 2,9 % għall-2016 fuq l-ammont tas-salarji li ser jitħallsu sa minn Jannar 2016; (iii) ta’ interessi moratorji fuq il-bilanċi tas-salarji dovuti sal-ħlas totali tas-somom dovuti, bir-rata ta’ interessi moratorji li għandha tiġi applikata għandha tiġi kkalkolata abbażi tar-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda bi tliet punti u (iv) ta’ danni għat-telf tal-kapaċità ta’ akkwist;
—
jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ EUR 1 000 lil kull rikorrent bħala kumpens għad-dannu morali;
—
jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.