16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/47
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2016 – ZZ vs CEDEFOP
(Kawża F-31/16)
(2016/C 296/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali (CEDEFOP)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tinkludix l-isem tar-rikorrent fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni tal-2015 taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali (CEDEFOP) u talba għar-riżarċiment tad-danni morali u materjali allegatament subiti.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ nauuqas ta’ promozzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-4 ta’ Novembru 2015 safejn din tikkonċerna lir-rikorrent;
—
tikkundanna lill-aġenzija CEDEFOP għar-riżarċiment tad-danni subiti;
—
tikkundanna lill-aġenzija CEDEFOP għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy