16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/47
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2016 – ZZ vs ECDC
(Kawża F-32/16)
(2016/C 296/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: V. Kolias, avukat)
Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-21 ta’ Settembru 2015 li tiffinalizza r-rapport ta’ notazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu ta’ referenza 2011.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-evalwatur tal-appell tal-21 ta’ Settembru 2015 li tiffinalizza r-rapport ta’ notazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu ta’ referenza 2011, u sa fejn huwa neċessarju tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità awtorizza tikkonkludi kuntratti ta’ xogħol tal-20 ta’ April 2016 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-20 ta’ Diċembru 2015;
—
tordna lil ECDC ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu, kif ukoll dawk tar-rikorrent, għal din il-proċedura.