16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/48
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – ZZ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-33/16)
(2016/C 296/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Tymen, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jitkeċċa fi tmiem il-perijodu ta’ prova tiegħu u talba għal kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2015 ta’ tkeċċija tar-rikorrent;
—
jannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Marzu 2016 li tiċħad l-ilment tas-16 ta’ Ottubru 2015;
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali mġarrab mir-rikorrent;
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ interessi, stabbiliti ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 60 000, bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent;
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.