5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/35
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2016 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-34/16)
(2016/C 326/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru tal-ammonti li r-rikorrenti rċeviet indebitament bħala l-allowance għall-edukazzjoni u l-allowance għat-tfal dipendenti u d-deċiżjonijiet li jtemmu d-drittijiet tiegħu għal ċerti allowances.
Talbiet
—
jannulla deċiżjoni l-ġdida ta’ rkupru “irċevut minn sorsi oħra”;
—
jannulla d-deċiżjoni ta’ rkupru “tmiem ta’ dritt”, sa fejn tistabbilixxi t-tmiem tad-dritt tar-rikorrenti għal allowance għall-edukazzjoni għal XX u YY fl-1 ta’ Lulju 2015, minflok l-1 ta’ Ottubru 2015, sa fejn tistabbilixxi d-dritt tiegħu għall-allowance tal-familja għall-1 ta’ Awwissu 2015, minflok l-1 ta’ Ottubru 2015;
—
tannulla, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;
—
tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti l-interessi moratorji fuq l-ammonti li kienu miżmuma jew irkuprati irregolarment, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti, li jibdew jiddekorru, għal kull ammont, mid-data li fih kellu jitħallsu lilha.
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.