5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/36
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-35/16)
(2016/C 326/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: N. Flandin u S. Rodrigues, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tikklassifika lir-rikorrenti fi grad, li fl-opinjoni tagħha, tikkorrispondi mal-esperjenza professjonali tagħha.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.