12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/54
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-36/16)
(2016/C 335/70)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad AST7 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2015.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Novembru 2015 li tippubblika l-lista ta’ uffiċjali promossi abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2015 sa fejn din ma tinkludix isem ir-rikorrent;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.