10.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/29
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-39/16)
(2016/C 371/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ selezzjoni tal-kompetizzjoni EPSO/AD/309/15 (AD11) – Tobba għas-siti tal-Lussemburgu u ta’ Ispra u l-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali allegatament subiti li jammontaw għal EUR 10 000.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-bord tal-għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/309/15 (AD11) – Tobba għas-siti tal-Lussemburgu u ta’ Ispra (Qasam: Tobba Lussemburgu), ikkomunikata fit-28 ta’ Settembru 2015, li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ selezzjoni organizzati fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO);
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ ammont ta’ EUR 10 000 għad-danni morali subiti mir-rikorrenti;
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy