10.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/30
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs BEI
(Kawża F-42/16)
(2016/C 371/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tat-talba għal kumpens imressqa mir-rikorrent għad-danni li huwa jqis li sostna sa minn Novembru 2013.
Talbiet
(1)
jikkundanna lill-BEI jħallas lir-rikorrent somma ugwali għal tmien darbiet is-salarju annwali tiegħu abbażi tal-Artikolu 33a tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 9.1.1 tad-Dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-persunal;
(2)
jannulla d-deċiżjoni tal-BEI, tal-4 ta’ Ġunju 2015, li tagħlaq il-kont tal-iskema komplementari ta’ previdenza (RCVP) tar-rikorrent b’effett mit-28 ta’ Frar 2015 u jikkundanna lill-BEI jħallas lir-rikorrent:
—
somma ekwivalenti għall-ħlasijiet li l-BEI kien jibqa’ jagħmel fuq il-kont RCVP tar-rikorrent (3 % tas-salarju annwali tar-rikorrent) li kieku l-BEI ma kienx għalaq il-kont tiegħu, u dan mit-28 ta’ Frar 2015 sad-data tal-ftuħ mill-ġdid effettiv tal-kont RCVP tar-rikorrent;
—
l-interessi li l-kapital fil-kont RCVP tar-rikorrent kien ikompli jipproduċi li kieku l-kont RCVP tiegħu ma kienx ingħalaq fit-28 ta’ Frar 2015 u li kieku r-rikorrent u l-BEI setgħu jkomplu bil-ħlasijiet rispettivi tagħhom ta’ 3 % tas-salarju annwali tar-rikorrent, u dan sad-data ta’ ftuħ mill-ġdid effettiv tal-kont RCVP tar-rikorrent,
(3)
jikkundanna lill-BEI għall-ħlas ta’ danni evalwati ex aequo et bono għal EUR 15 000 bħala kumpens għad-dannu morali sostnut;
(4)
jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy