10.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/31
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-43/16)
(2016/C 371/34)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Cornacchia, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni ta’ esklużjoni tar-rikorrent mill-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 minħabba l-fatt li ma avżax lill-EPSO bir-rabta familjari tiegħu ma’ membru tal-Bord tal-Għażla tal-imsemmija kompetizzjoni.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Mejju 2016 li permezz tagħha l-President tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15, meħuda b’risposta għat-talba għal eżami mill-ġdid imressqa mir-rikorrent fil-5 ta’ Novembru 2015, ikkonferma d-deċiżjoni li jiġi eskluż mill-imsemmija kompetizzjoni kif ukoll, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment u tad-deċiżjoni inizjali;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy