10.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/31
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-44/16)
(2016/C 371/35)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST-SC/01/14 li l-isem tar-rikorrenti ma għandux jiġi inserit fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni ġenerali peress li hija ma tissodisfax il-kundizzjonijiet marbuta mad-diploma u mal-esperjenza professjonali, li huma neċessarji għall-parteċipazzjoni f’din il-kompetizzjoni ġenerali.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Frar 2015 tal-Kap tad-Diviżjoni tal-Kumitat ta’ Selezzjoni tal-EPSO li biha r-rikorrenti ġiet informata bil-fatt li l-kandidatura tagħha għall-post ta’ segretarja (Nru EPSO/ASTSC/01/14) kienet ġiet miċħuda minħabba l-fatt li ma kellhiex fil-pussess tagħha diploma u l-esperjenza professjonali li bihom setgħet tikseb aċċess għall-kompetizzjoni kkonċernata;
—
tannulla d-deċiżjoni tat-17 ta’ Settembru 2015 tal-Kap tad-Diviżjoni tal-Kumitat ta’ Selezzjoni tal-EPSO li biha r-rikorrenti ġiet informata biċ-ċaħda tat-talba tagħha għal ezami mill-ġdid u li tikkonferma d-deċiżjoni tat-18 ta’ Frar 2015;
—
tannulla, safejn dan ikun neċessarju, ir-risposta espliċita taċ-ċaħda tal-ilment tat-12 ta’ Mejju 2016.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy