10.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/32
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs BEI
(Kawża F-45/16)
(2016/C 371/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: B. Maréchal, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Talba għal kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrent isostni li ġarrab wara li ġie ddikjarat f’invalidità totali permanenti, li huwa jqis li hija kkaġunata mix-xogħol.
Talbiet
—
jikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu jew għal parti minnu fil-każ li parti mit-telf tkun ġiet irrimborsata mill-assigurazzjoni tal-BEI, AXA Belgium.
—
danni fir-rigward tal-ksur tad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent, li jammontaw għal EUR 150 000;
—
rimbors tal-ispejjeż mediċi u psikoloġiċi futuri marbuta ma’ problemi ta’ saħħa żviluppati minħabba l-istress sever sostnut mir-rikorrent, u li ma humiex irrimborsati mill-iskema ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-BEI;
—
rimbors ta’ spejjeż mediċi u psikoloġiċi sostnuti sal-ġurnata tal-lum marbuta ma’ problemi ta’ saħħa żviluppati minħabba l-istress sever sostnut mir-rikorrent, u li ma humiex irrimborsati mill-iskema ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-BEI;
—
ħlas lura tal-ispejjeż legali sostnuti mir-rikorrent għal dawn il-proċeduri, li jitla’ għal ammont provviżorju ta’ EUR 30 000.
Full & Egal Universal Law Academy