10.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/32
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-46/16)
(2016/C 371/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżegwixxi sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sa fejn hija tirrifjuta li timpjega lir-rikorrenti bħala uffiċjal fil-pożizzjoni li hija kienet diġà rrifjutat li timpjegaha fiha u li kienet is-suġġett tad-deċiżjoni li ġiet annullata mill-imsemmija sentenza.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Ottubru 2015 li permezz tagħha d-DĠ tar-Riżorsi Umani tal-Kummissjoni Ewropea ħa miżuri ta’ eżekuzzjonitas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tas-6 ta’ Ottubru 2015, F-119/14, FE vs Il-Kummissjoni;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-19 ta’ Mejju 2016, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni msemmija iktar ’il fuq;
—
jikkundanna lill-konvenuta għal EUR 25 000 bħala kumpens għad-dannu morali, b’dan l-ammont ikun stabbilit b’mod provviżorju
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy