10.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/33
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-47/16)
(2016/C 371/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ promozzjoni 2015.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jiġix promoss abbażi tal-eżerċizzju ta’ promozzjoni 2015,
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy