23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – K&K Group vs EUIPO – Pret A Manger (Europe) (Pret A Diner)
(Kawża T-2/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva Pret A Diner - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti PRET A MANGER - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PRET - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 022/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: K&K Group AG (Cham, l-Isvizzera) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pret A Manger (Europe) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2825/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pret A Manger (Europe) u K&K Group.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
K&K Group AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 78, 29.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy