21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2017 – Allstate Insurance vs EUIPO (DRIVEWISE)
(Kawża T-3/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali DRIVEWISE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)b) u (c) u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 277/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Allstate Insurance Company (Northfield, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Würtenberger u N. Martzivanou, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral u K. Doherty, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 956/2015-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali DRIVEWISE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Allstate Insurance Company hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 78, 29.2.2016.