24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Ġunju 2017 – AWG vs EUIPO EUIPO – Takko (Southern Territory 23o48’25"S)
(Kawża T-6/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Southern Territory 23o48’25’’S - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni EwropeaSOUTHERN - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 239/57)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: AWG Allgemeine Warenvertriebs GmbH (Köngen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Sambuc, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Takko Holding GmbH (Telgte, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Novembru 2015 (Każ R 735/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Takko Holding u AWG.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
AWG Allgemeine Warenvertriebs GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 98, 14.3.2016.