30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Toshiba Samsung Storage Technology u Toshiba Samsung Storage Technology Korea vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-8/16) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tad-disk drives ottiċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehimiet kollużorji li jirrigwardaw sejħiet għal offerti organizzati minn żewġ manifatturi ta’ kompjuters - Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u tad-drittijiet tad-difiża - Kompetenza tal-Kummissjoni - Portata ġeografika tal-ksur - Ksur uniku u kontinwu - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”)
(2019/C 328/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Toshiba Samsung Storage Technology Corp. (Tokjo, il-Ġappun) u Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. (Suwon-si, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: inizjalment M. Bay, J. Ruiz Calzado, A. Aresu u A. Scordamaglia-Tousis, sussegwentement M. Bay, J. Ruiz Calzado u A. Aresu, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Khan, A. Biolan u M. Farley, sussegwentement A. Biolan, M. Farley u A. Cleenewerck de Crayencour, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament totali jew parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 7135 finali tal-21 ta’ Ottubru 2015 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39639 — Disk drives ottiċi), u, sussidjarjament għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti,
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Toshiba Samsung Storage Technology Corp. u Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 98, 14.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy