22.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2018 – Apimab Laboratoires et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-14/16) (1)
((“Protezzjoni tal-konsumatur - Stabbiliment ta’ livelli massimi ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fis-supplimenti tal-ikel - Regolament (KEE) Nru 315/93 - Analiżi tar-riskji - Regolament (KE) Nru 178/2002 - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni”))
(2018/C 381/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Apimab Laboratoires (Clermont-l’Hérault, Franza) u s-7 partijiet l-oħra li isimhom jinsab fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: A. de Brosses, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herbout-Borczak u C. Valero, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u ntiża għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1933 tas-27 ta’ Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fil-fibra tal-kawkaw, fiċ-ċipps tal-banana, fis-supplimenti tal-ikel, fil-ħxejjex aromatiċi mnixxfin u fil-ħwawar imnixxfin huwa miċħud (ĠU 2015, L 282, p. 11).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Apimab Laboratoires u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 90, 7.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy