27.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 95/10
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 – Pandalis vs EUIPO – LR Health & Beauty Systems (Cystus)
(Kawża T-15/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Cystus - Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark”])
(2017/C 095/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Georgios Pandalis (Glandorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Franke, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: LR Health & Beauty Systems GmbH (Ahlen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2839/2014-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn LR Health & Beauty Systems u G. Pandalis.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Georgios Pandalis huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 90, 7.3.2016
Full & Egal Universal Law Academy