3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – DMC vs EUIPO – Etike’ International (De Giusti ORGOGLIO)
(Kawża T-18/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva De Giusti ORGOGLIO - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti ORGOGLIO - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2017/C 104/67)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: DMC Srl (San Vendemiano, l-Italja) (rappreżentant: B. Osti, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Etike’ International Srl (Baronissi, l-Italja) (rappreżentant: V. Fiorillo, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Novembru 2015 (Każ R 1764/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Etike’ International u DMC
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
DMC Srl hija kkundannata għal-ispejjeż.
(1) ĠU C 90, 7.3.2016.