30.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Sovena Portugal – Consumer Goods vs EUIPO – Mueloliva (FONTOLIVA)
(Kawża T-24/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali FONTOLIVA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FUENOLIVA - Raġuni relattiva għal rifjut - Validità tar-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti - Sottomissjoni tal-fatti u produzzjoni tal-provi ġodda quddiem il-Qorti Ġenerali - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Setgħa għall-bidla - Artikolu 8(1)(b), Artikolu 42(2) u (3), u Artikoli 65 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2017/C 030/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sovena Portugal – Consumer Goods, SA (Algés, il-Portugall (rappreżentant: D. Martins Pereira, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mueloliva, SL (Córdoba, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Novembru 2015 (Każ R 1813/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mueloliva u Sovena Portugal – Consumer Goods.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (trade marks u disinni) (EUIPO) tal-4 ta’ Novembru 2015 (Każ R 1813/2014-2) hija annullata.
2)
L-oppożizzjoni mressqa minn Mueloliva, SL għar-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea għat-trade mark verbali FONTOLIVA li għaliha saret l-applikazzjoni minn Sovena Portugal – Consumer Goods, SA hija miċħuda.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn Sovena Portugal – Consumer Goods għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
5)
L-EUIPO u Meuloliva għandhom jbatu kull wieħed minnhom in-nofs tal-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Sovena Portugal – Consumer Goods għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
(1) ĠU C 106, 21.3.2016.