19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2017 – Haw Par vs EUIPO – Cosmowell (GELENKGOLD)
(Kawża T-25/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trademark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GELENKGOLD - Trademark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti li tirrappreżenta tigra - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Awtorità ta’ res judicata - Karattru distintiv imsaħħaħ tat-trade mark preċedenti miksub permezz tal-Użu - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smiegħ - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Serje ta’ trade marks”))
(2017/C 195/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Haw Par Corp. Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentanti: R.-D. Härer, C. Schultze, J. Ossing, C. Weber, H. Ranzinger, C. Gehweiler u C. Brockmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cosmowell GmbH (Sankt Johann in Tirol, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. Sachs u C. Sachs, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Novembru 2015 (Kaz R 1907/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Haw Par u Cosmowell.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Haw Par Corp. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 106, 21.3.2016.