11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta Ottubru 2017 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-26/16) (1)
((“FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Irregolaritajiet fil-konstatazzjoni tal-ammont tad-djun - Dewmien fil-proċedura ta’ rkupru tad-djun - Assenza ta’ kumpens bejn fondi - Determinazzjoni tal-ammont tal-interessi - Proporzjonalità - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa - Artikoli 31 sa 33 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Każijiet individwali”))
(2017/C 424/42)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, O. Tsirkinidou u A. Vasilopoulou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Sauka, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098, tat 13 ta’ Novembru 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 303, 20.11.2015, p. 35), sa fejn din tikkonċerna lir-Repubblika Ellenika.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 111, 29.3.2016.