21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2017 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-27/16) (1)
((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Frott u ħaxix - Żball ta’ liġi - Artikolu 3(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1433/2003 - Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 - Prinċipju ta’ nullum crimen sine lege - Ċertezza legali - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2017/C 277/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: J. Kraehling u G. Brown, aġenti, assistiti minn S. Lee u M. Gray, barristers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sauka u K. Skelly, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali, Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098, tat-13 ta’ Novembru 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 303, p. 35), li permezz tagħha l-Kummissjoni, b’mod partikolari, applikat għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012 korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 1 849 194,86 wara l-esklużjoni ta’ ċerti spejjeż dwar il-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi tal-frott u l-ħxejjex tar-Renju Unit tas-snin 2008 u 2009 minħabba d-dgħufija fis-sistemi ta’ kontrolli ewlenin fl-imsemmija programmi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huw amiċħud.
2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 111, 29.3.2016.