15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ April 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-28/16) (1)
((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Żvilupp rurali - Konsolidazzjoni tal-art u tiġdid tal-irħula - Kriterji ta’ għażla ta’ operazzjonijiet - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Sussidjarjetà - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2017/C 151/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment T. Henze u A. Lippstreu, sussegwentement T. Henze u D. Klebs, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1 u tal-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098, tat-13 ta’ Novembru 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 303, p. 35), sa fejn dawn jeskludu l-ħlasijiet magħmula mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) mill-organu li jħallas kompetenti fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għal ammont totali ta’ EUR 7 719 920,30.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 98, 14.3.2016.