27.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 95/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2017 – M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct (Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended)
(Kawża T-30/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti INSTINCT u NATURE’S VARIETY - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Natura tal-użu - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 22(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])
(2017/C 095/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: M. I. Industries, Inc. (Lincoln, Nebraska, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment T. Elias, barrister, u B. Cookson, solicitor, sussegwentement M. Montañá Mora, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Natural Instinct Ltd (Camberley, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker, avukati, u B. Brandreth, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-26 ta’ Novembru 2015 (Każ R 2944/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn M. I. Industries u Natural Instinct.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-26 ta’ Novembru 2015 (Każ R 2944/2014-5) hija annullata sa fejn hija kkonkludiet li ma hemmx użu ġenwin mit-trade mark verbali preċedenti INSTINCT.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, nofs l-ispejjeż sostnuti minn M. I. Industries Inc.
4)
M. I. Industries għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.
5)
Natural Instinct Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 106, 21.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy