7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-34/16) (1)
(“FAEG - Infiq eskluż mill-finanzjament - Sostenn speċifiku għas-setturi tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tal-laħam tan-nagħaġ - Kontrolli fuq il-post - Verifika fiżika tal-annimali - Kwalità tal-kontrolli - Rapport ta’ kontroll - Korrezzjoni b’rata fissa - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Korrezzjoni ta’ darba”)
(2019/C 4/29)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: inizjalment D. Kriaučiūnas, T. Orlickas u R. Krasuckaitė, sussegwentement T. Orlickas u R. Krasuckaitė, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sauka u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098 tat-13 ta’ Novembru 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 303, p. 35).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika tal-Litwanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 118, 4.4.2016.
Full & Egal Universal Law Academy