29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2017 – Sony Computer Entertainment Europe vs EUIPO – Vieta Audio (Vita)
(Kawża T-35/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Vita - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Użu flimkien mal-prodotti kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2018/C 032/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sony Computer Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vieta Audio, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: I. Barroso Sánchez-Lafuente, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Novembru 2015 (Każ R 2232/2014-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Vieta Audio u Sony Computer Entertainment Europe.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Novembru 2015 (Każ R 2232/2014-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Vieta Audio, SA u Sony Computer Entertainment Europe Ltd, hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Sony Computer Entertainment Europe.
3)
Vieta Audio għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 106, 21.3.2016.