19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – Enercon vs EUIPO – Gamesa Eólica (Sfumaturi ta’ aħdar)
(Kawża T-36/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti fi sfumaturi ta’ aħdar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 195/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Overhage, R. Böhm u A. Silverleaf, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gamesa Eólica, SL (Sarriguren, Spanja) (rappreżentant: A. Sanz Cerralbo, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 597/2015-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gamesa Eólica u Enercon.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 111, 29.3.2016.