12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2016 – Caffè Nero Group vs EUIPO (CAFFÈ NERO)
(Kawża T-37/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CAFFÈ NERO - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Trade mark ta’ natura li tqarraq bil-pubbliku - Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 462/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Caffè Nero Group Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Cassidy, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Novembru 2015 (Każ R 954/2015-1), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv CAFFÈ NERO bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Caffè Nero Group Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C @@, @@.