22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 6 ta’ April 2017 – Nanu-Nana Joachim Hoepp vs EUIPO – Fink (NANA FINK)
(Kawża T-39/16) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva NANA FINK - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti NANA - Assenza ta’ xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Portata tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell - Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar l-appell kollu”)
(2017/C 161/35)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nadine Fink (Basel, l-Iżvizzera)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Novembru 2015 (Każ R 679/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp u N. Fink.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Novembru 2015 (Każ R 679/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Nadine Fink, hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell naqas milli jiddeċiedi dwar l-appell ippreżentat quddiemha f’dak li jikkonċerna l-“metalli prezzjużi u l-ligi tagħhom”, fil-klassi 14 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta’ Prodotti u Servizzi għall-finijet tar-Reġistrazzjoni ta’ Trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u koperti mit-trade mark figurattiva suġġett tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1111651 li tindika l-Unjoni Ewropea.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 106, 21.3.2016