26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2018 – 1&1 Telecom vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-43/16) (1)
(“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq tal-bejgħ bl-imnut tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli u suq tal-bejgħ bl-ingrossa tal-aċċess u tal-oriġini ta’ telefonati fil-Ġermanja - Akkwist ta’ E-Plus minn Telefónica Deutschland - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE - Implimentazzjoni tas-sezzjoni mhux-ONM tal-impenji definittivi - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Inammissibbiltà”)
(2018/C 427/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: 1&1 Telecom GmbH (Montabaur, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-O. Murach, avukat, u P. Alexiadis, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, M. Farley u C. Vollrath, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Telefónica Deutschland Holding AG (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Bauer, H.-J. Freund, B. Herbers u K. Baubkus, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tad-19 ta’ Novembru 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi mhux-ONM previsti fl-impenji definittivi li saru vinkolanti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4443 finali, tat-2 ta’ Lulju 2014, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, bla ħsara għall-osservanza ta’ ċerti impenji (Każ M.7018 – Telefónica Deutschland/E-Plus).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
1&1 Telecom GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni u minn Telefónica Deutschland Holding AG, bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà miċħuda permezz tad-digriet tat-22 ta’ Ġunju 2016, 1&1 Telecom vs Il-Kummissjoni (T-43/16, EU:T:2016:402).
(1) ĠU C 106, 21.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy