22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Azanta vs EUIPO – Novartis (NIMORAL)
(Kawża T-49/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali NIMORAL - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti NEORAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 161/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Azanta A/S (Hellerup, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Hoffgaard Rasmussen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Novartis AG (Bâle, l-Isvezja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 634/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis u Azanta.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Azanta A/S hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 106, 21.3.2016.