27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2017 – Netguru vs EUIPO (NETGURU)
(Kawża T-54/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea NETGURU - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 063/37)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Netguru sp. z o.o. (Poznań, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment K. Jarosiński, sussegwentement T. Grzybkowski, T. Guzek, M. Jackowski, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 144/2015-5), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali NETGURU bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Netguru sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 111, 29.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy