30.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/48
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Diċembru 2016 – Apax Partners vs EUIPO – Apax Partners Midmarket (APAX)
(Kawża T-58/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea APAX - Trade mark verbali internazzjonali preċedenti APAX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn prodotti u servizzi - Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 030/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apax Partners LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Rose, J. Warner u J. Curry, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard Monguiral u I. Moisescu, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Apax Partners Midmarket (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Moyou Joly, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-26 ta’ Novembru 2015 (Każ R 1441/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Apax Partners Midmarket u Apax Partners.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
APAX Partners LLP hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn APAX Partners Midmarket, għall-finijet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 111, 29.3.2016.