29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Coca-Cola vs EUIPO – Mitico (Master)
(Kawża T-61/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Master - Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti Coca-Cola u nazzjonali figurattiva preċedenti C - Raġuni relattiva għal rifjut - Vantaġġ indebitament miksub mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Provi dwar l-użu kummerċjali, barra mill-Unjoni, ta’ sinjal li jinkludi t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni - Deduzzjonijiet loġiċi - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti - Artikolu 8(5) u Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru Artikolu 8(5) u Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001]”))
(2018/C 032/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Coca-Cola Company (Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, S. Baran, barrister, D. Stone u A. Dykes, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Modern Industrial & Trading Investment Co. Ltd (Mitico) (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: A.-E. Malami, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-2 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 1251/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Coca-Cola Company u Mitico.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 1251/2015-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn The Coca-Cola Company, inklużi dawk quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
3)
Modern Industrial & Trading Investment Co. Ltd (Mitico) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 111, 29.3.2016.