26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 26 ta’ Settembru 2018 – Puma vs EUIPO – Doosan Machine Tools (PUMA)
(Kawża T-62/16) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PUMA - Trade marks figurattivi internazzjonali preċedenti PUMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)
(2018/C 427/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Doosan Machine Tools Co. Ltd (Seongsan-gu, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentanti: R. Böhm u S. Overhage, avukati)
Suġġett
Rikors dirett kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 1052/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Puma u Doosan Infracore Co. Ltd.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 1052/2015-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati kemm l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Puma SE.
3)
Doosan Machine Tools Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 118, 4.4.2016.
Full & Egal Universal Law Academy