27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2017 – Wieromiejczyk vs EUIPO (Tasty Puff)
(Kawża T-64/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Tasty Puff - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 063/38)
Lingwa tal-kawża: il-Pollak
Partijiet
Rikorrent: Michał Wieromiejczyk (Pabianice, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Śliwińska u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-5 ta’ Novembru 2015 (Każ R 3058/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Tasty Puff bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Michał Wieromiejczyk huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 111, 29.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy