4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-77/16) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Ftehimiet konklużi mal-kumpannija tal-ajru Ryanair u s-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services - Servizzi ajruportwali - Servizzi ta’ marketing - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Kriterju ta’ de investitur privat - Irkupru - Selettività”))
(2019/C 82/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ryanair DAC, li qabel kienet Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda), Airport Marketing Services Ltd (Dublin) (rappreżentanti: G. Berrisch, E. Vahida, I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati, u B. Byrne, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, L. Flynn u S. Noë, aġenti)
Intervenjenti, insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: inizjalment minn D. Pelše, J. Treijs-Gigulis u I. Kalniņš, sussegwentement minn I. Kucina, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u S. Petrova, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/152 tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27339 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta’ Zweibrücken u għal-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport (ĠU 2016, L 34, p. 68).
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/152 tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27339 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta’ Zweibrücken u għal-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport, kif ukoll l-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ din id-deċiżjoni sa fejn jikkonċernaw lil Ryanair DAC u Airport Marketing Services Ltd huma annullati.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk l-ispejjeż sostnuti minn Ryanair u Airport Marketing Services.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
4)
Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 165, 10.5.2016.
Full & Egal Universal Law Academy