14.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 166/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Shire Pharmaceuticals Ireland vs EMA
(Kawża T-80/16) (1)
((“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Validazzjoni ta’ applikazzjoni għad-denominazzjoni bħala prodott mediċinali orfni - Benefiċċju sinjifikattiv - Deċiżjoni tal-EMA li tirrifjuta li tivvalida l-applikazzjoni għad-denominazzjoni bħala prodott mediċinali orfni - Artikolu 3(1)(b) u Artikolu 5(1), (2) u 4) tar-Regolament (KE) Nru 141/2000”))
(2018/C 166/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shire Pharmaceuticals Ireland Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: D. Anderson, QC, M. Birdling, barrister, G. Castle u S. Cowlishaw, solicitors)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński, N. Rampal Olmedo u M. Tovar Gomis, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Petersen u A. Sipos, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EMA tal-15 ta’ Diċembru 2015 li tirrifjuta li tivvalida l-applikazzjoni sottomessa minn Shire Pharmaceuticals Ireland sabiex tikseb id-denominazzjoni tal-Idursulfase-IT bħala prodott mediċinali orfni.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) tal-15 ta’ Diċembru 2015 li tirrifjuta li tivvalida l-applikazzjoni sottomessa minn Shire Pharmaceuticals Ireland sabiex tikseb id-denominazzjoni tal-Idursulfase-IT bħala prodott mediċinali orfni hija annullata.
2)
L-EMA hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Shire Pharmaceuticals Ireland.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 136, 18.4.2016.
Full & Egal Universal Law Academy