21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – Pirelli Tyre vs EUIPO (Żewġ strixxi mgħawġa mqiegħda fuq il-ġenb ta’ tajer)
(Kawża T-81/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea li tirrapreżenta żewġ strixxi mgħawġa f’linja ċirkonferenzjali mqiegħda fuq il-ġenb ta’ tajer - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 277/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pirelli Tyre SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: T.M. Müller u F. Togo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 1019/2015-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark ta’ żewġ strixxi mgħawġa f’linja ċirkonferenzjali mqiegħda fuq il-ġenb ta’ tajer.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Pirelli Tyre SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 156, 2.5.2016.