20.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – International Gaming Projects vs EUIPO– adp Gauselmann (TRIPLE EVOLUTION)
(Kawża T-82/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TRIPLE EVOLUTION - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Evolution - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 086/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: International Gaming Projects Ltd (Qormi, Malta) (rappreżentanti: inizjalment M. Garayalde Niño u A. Alpera Plazas, sussegwentement M. Garayalde Niño, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-2 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 0725/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adp Gauselmann u International Gaming Projects.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
International Gaming Projects Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 136, 18.4.2016.