6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO – ING-DIBa (WIDIBA)
(Kawża T-83/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WIDIBA - Trade mark nazzjonali preċedenti DiBa - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (CE) Nru 207/2009 - Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Dmir ta’ viġilanza”])
(2017/C 374/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Banca Monte dei Paschi di Siena SpA (Siena, l-Italja) u Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: L. Trevisan u D. Contini, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u J. García Murillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ING-DIBa AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Gerling u M. Wolpert-Witzel, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-26 ta’ Novembru 2015 (Każijiet magħquda R 112/2015-2 u R 190/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ING-DIBa u Banca Monte dei Paschi di Siena.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Banca Monte dei Paschi di Siena SpA u Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 13.6.2016.