23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2018 – Shoe Branding Europe vs EUIPO – adidas (Pożizzjoni ta’ żewġ strixxi paralleli fuq żarbuna)
(Kawża T-85/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbuna - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta tliet strixxi paralleli fuq żarbuna - Raġuni relattiva għal rifjut - Effett ħażin fuq ir-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”])
(2018/C 142/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shoe Branding Europe BVBA (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Fowler u I. Junkar, solicitors)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2015 (Każ R 3106/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adidas u Shoe Branding Europe.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Shoe Branding Europe BVBA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 136, 18.4.2016.
Full & Egal Universal Law Academy