30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2017 – Codorniu vs EUIPO –Bodegas Altun (ANA DE ALTUN)
(Kawża T-86/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ANA DE ALTUN - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti ANNA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
(2017/C 369/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Codorníu SA (Esplugues de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: M. Ceballos Rodríguez u J. Güell Serra, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bodegas Altun, SL (Baños de Ebro, Spanja) (rappreżentant: M. Escribano Uzcudun, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 199/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Codorníu u Bodegas Altun.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Diċembru 2015 (Kaz R 199/2015-2) hija annullata.
2)
L-EUIPO u Bodegas Altun, SL għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, għandu jbati nofs l-ispejjeż sostnuti minn Codorníu SA.
(1) ĠU C 136, 18.4.2016.