13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 26 ta’ Jannar 2017 – Opko Ireland Global Holdings vs EUIPO – Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)
(Kawża T-88/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ALPHAREN - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti ALPHA D3 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi ġodda mill-Bord tal-Appell wara sentenza ta’ annullament - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 078/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Opko Ireland Global Holdings (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, A. Smith u D. Meale, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Ġerusalemm, Iżrael)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-16 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 2387/2014-5), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Teva Pharmaceutical Industries u Opko Ireland Global Holdings.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Opko Ireland Global Holdings Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 136, 18.4.2016.