7.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2017 – Clarke et vs EUIPO
(Kawża T-89/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat li fih klawżola ta’ xoljiment li ttemm il-kuntratt fil-każ li l-membru tal-persunal ma jkunx inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni sussegwenti - Implementazzjoni tal-klawżola ta’ xoljiment - Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat - Dmir ta’ premura - Aspettattivi leġittimi”))
(2017/C 256/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Nicole Clarke (Alicante, Spanja), Sigrid Dickmanns, (Gran Alacant, Spanja) u Elisavet Papathanasiou (Alicante) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Appellat: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, aġent, assistita minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2015, Clarke et vs UASI (F-101/14 sa F-103/14, EU:F:2015:151), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Nicole Clarke, Sigrid Dickmanns u Elisavet Papathanasiou għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk imġarrba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 145, 25.4.2016.